Ġbir tal-Iskart

Separazzjoni Mandatorja tal-Iskart

Is-separazzjoni tal-iskart hija mandatorja f’Malta u Għawdex mill-14 t’April 2023. Kulħadd irid jissepara tajjeb l-iskart tiegħu u jarmih fil-bins it-tajbin, inklużi negozji, entitajiet governattivi u mhux governattivi kif ukoll djar privati.

Meta tissepara l-iskart tiegħek, tkun qed tnaqqas il-ħtieġa ta’ miżbliet ġodda, iżżid ir-riċiklaġġ ta’ materjali u tgħin biex tiġġenera enerġija rinnovabbli, għal ambjent aktar ekoloġiku u nadif, u kwalità ta’ ħajja aħjar f’Malta u Għawdex.

Skart separat – il-kontribut tiegħek għal futur sostenibbli!

Kif tissepara l-iskart tiegħek

Skart Riċiklabbli Mħallat
  • Trejs tal-aluminju u fojl (nadif)
  • Laned tax-xorb
  • Kartun
  • Kaxxi tal-ikel tal-kartun (nodfa)
  • Fliexken taż-żejt tat-tisjir
  • Kontenituri tal-kosmetiċi (nodfa)
  • Fliexken tad-deterġenti (kontenitur vojt)
  • Kaxxi tad-deterġenti
  • Laned tal-ikel
  • Għotjien tal-vażetti
  • Kontenitur tas-sapun likwidu (vojt)
  • Magażins
  • Fliexken tal-plastik
  • Kontenituri tal-marġerina (nodfa)
  • Tappijiet tal-metall
  • Kartun tal-Ħalib u Juice
  • Gazzetti
  • Notebooks
  • Karta
  • Boroż tal-karti (nodfa)
  • Boroż tal-plastik (nodfa)
  • Tappijiet tal-plastik
  • Kontenituri tal-plastik
  • Pakketti tal-plastik tal-ikel
  • Fliexken tal-plastik
  • Polystyrene 
  • Fliexken tax-shampoo (vojta)
  • Fliexken tax-shower gel (vojta)
  • Laned tal-isprej (vojta)
  • Kaxxi tat-take-away (nodfa)
  • Rombli tat-toilet paper
  • Prodotti Iġeniċi (kontenituri nodfa)
  • Kontenituri tal-jogurt (nodfa)
Skart Organiku
  • Ġobon
  • Kafè
  • Ikel imsajjar
  • Fdalijiet tal-ikel
  • Laħam imsajjar jew nej
  • Prodotti tal-ħalib
  • Bajd u qxur tal-bajd
  • Ikel skadut (mingħajr ippakkjar)
  • Ħut
  • Fjuri
  • Qxur tal-frott u tal-ħaxix
  • Għasel
  • Weraq
  • Għaġin
  • Ikel nej
  • Frott u ħxejjex immuffati
  • Gazzetti maħmuġin
  • Srievet maħmuġin
  • Zokkor
  • Boroż tat-te
  • Weraq tat-te
  • Spreads (eż. għasel u butir)
  • Qxur tal-ġewż
  • Qxur tal-frott tal-baħar
  • Xewk tal-ħut u għadam tal-laħam
  • Għadam tal-frott
Skart Imħallat
  • Tejp
  • Fojl tal-aluminju maħmuġ
  • Baking Paper
  • Ċeramika miksura/pyrex
  • It-tgeżwir tal-ikel maħmuġ
  • Tejp tas-cellophane
  • Kaxxi maħmuġin tat-take away
  • Pakketti miksija bil-fojl
  • Trab
  • Tikketti
  • Ritratti
  • Qsari tal-pjanti
  • Sponoż użati
  • Oġġetti sanitarji
  • Żraben
  • Xagħar (bniedem u annimal)
  • Mirja żgħar miksura
  • Stikers
  • Tubi tat-toothpaste
  • Materjali tat-tindif użati
  • Ingwanti tal-lastku wżati
  • Ċraret tal-art użati
  • Karta tax-xamà
  • Wet wipes
  • Fdalijiet u rmied tas-sigaretti
  • Xemgħat
  • CDs
  • Pakketti ta’ snacks
  • Toothpicks
  • Stikek tal-ġelat u skewers tal-injam
  • Zkuk
  • Oġġetti Sanitarji
  • Skart tal-annimali u żibel tal-annimali domestiċi
  • Ħrieqi
Ħġieġ
  • Fliexken tal-ħġieġ
  • Vażett tal-ħġieġ

Armi l-ħġieġ tiegħek kif suppost. Għall-ġbir mill-bankina, huwa importanti li toħroġ il-ħġieġ tiegħek f’kontenitur li jista’ jerġa jintuża. Ir-residenti jistgħu wkoll jagħmlu użu minn wieħed mis-Siti għall-Iskart Goff jew ir-Roadshow Truck tal-WasteServ, jew wieħed mid-diversi Bring-In Sites operati minn GreenPak u GreenMT.

Skeda Nazzjonali tal-Ġbir tal-Iskart

Tfasslet skeda nazzjonali ġdida għall-ġbir tal-iskart biex jiġi ssimplifikat il-ġbir tal-iskart bieb bieb madwar Malta u Għawdex skont dak li ġie stabbilit fil-Pjan Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart.

L-iskeda se tkun kif ġej:

It-Tnejn: Skart organiku (borża bajda)

It-Tlieta: Skart imħallat (borża sewda)

L-Erbgħa: Skart organiku biss (borża bajda)

Il-Ħamis: Skart riċiklat (borża griża jew ħadra)

Il-Ġimgħa: Skart organiku (borża bajda)

Is-Sibt: Skart imħallat (borża sewda)

Il-ġbir tal-fliexken tal-ħġieġ se jsir kull l-ewwel u t-tielet Ġimgħa tax-xahar.

Aktar informazzjoni dwar l-iskeda l-ġdida se titqassam lir-residenti mill-kunsilli rispettivi tagħhom.

Din l-Iskeda ma jkollha ebda effett fuq dawk l-entitajiet kummerċjali li għandhom arranġamenti alternattivi għall-ġbir tagħhom tal-Iskart.

Ħinijiet tal-Ġbir tal-Iskart