Postijiet Storiċi

Il-Menħir

Meta tidħol Ħal Kirkop minn San Pietru ssib il-Menhir, monolita mibnija fil-pre-istorja. L-iskop tal-Menħir għadu misteru. Diversi esperti jemmnu li kien punt ta’ laqgħa għan-nies ta’ dawk il-jiem ta’ qabel l-istorja. Dan sar is-simbolu ta’ Ħal Kirkop.